X'inhuma l-cookies?
Cookie hu file żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Jippermetti lis-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi tal-wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għaliex toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.
- Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ parti terzi.
- Il-cookies persistenti huma cookies li jiġu ssejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, b’differenza għal cookie ta’ sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-brawżer tiegħek.
Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab taċċetta l-cookies kollha jew dawk essenzjali biss.
Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.
Kif nużaw il-cookies?
Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar “cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna.
Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.
Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:
- il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tiftix u l-preferenzi tan-notifiki;
- l-aħħar żjara tiegħek fuq is-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
- jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.
Isem |
Servizz |
Skop |
Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
LFR_SESSION_STATE |
Kit ta’ kunsens għall-cookies |
Fih l-ID tal-utent fuq il-pjattaforma |
Cookie tas-sessjoni teknika. Jiskadi ladarba tintemm is-sessjoni. |
JSESSIONID |
Kit ta’ kunsens għall-cookies |
Jintuża minn siti miktubin bil-JSP biex tinżamm sessjoni anonima tal-utent mis-server |
Cookie tas-sessjoni teknika. Jiskadi ladarba tintemm is-sessjoni. |
GUEST_LANGUAGE_ID |
Kit ta’ kunsens għall-cookies |
Jiftakar il-preferenza tal-lingwa tal-utent |
Cookie ta’ personalizzazzjoni funzjonali. Tul ta’ sena. |
cck1 |
Kit ta’ kunsens għall-cookies |
Jaħżen il-preferenzi tal-cookies tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom) |
Cookie persistenti tal-ewwel parti. Tul ta’6 xhur. |
COOKIE SUPPORT |
Kit ta’ kunsens għall-cookies |
Jintuża biex ikun magħruf jekk l-utent jippermettix il-cookies |
Cookie tekniku. Tul ta’ sena. |
AUTH_TOKEN |
TED |
Jintuża biex jiġi identifikat l-utent attwali |
Cookie tal-ewwel parti li jitħassar fi tmiem is-sessjoni tal-browser. |
SESS_TOKEN |
TED |
Jintuża biex tiġi identifikata s-sessjoni attwali |
Cookie tal-ewwel parti li jitħassar fi tmiem is-sessjoni tal-browser. |
_pk_ses |
Servizz tal-analitika tal-web korporattiv |
Juri sessjoni attiva tal-viżitatur |
Cookie ta' partijiet terzi. Jiskadi wara 30 minuta. |
_pk_id |
Servizz tal-analitika tal-web korporattiv |
Użat biex jagħraf lill-viżitaturi u jżomm il-proprjetajiet varji tagħhom |
Cookie ta' partijiet terzi. Jiskadi wara 13-il xahar jekk jingħata l-kunsens mill-utent; jiskadi wara 30 minuta mingħajr il-kunsens tal-utent. |
ppms_privacy |
Servizz tal-analitika tal-web korporattiv |
Jaħżen il-kunsens tal-viżitatur għall-ġbir u l-użu tad-data |
Cookie ta' partijiet terzi. Jiskadi wara 365 jum. |
route |
TED |
Jaħżen il-karattru persistenti tas-sessjoni (session stickiness) |
Cookie tal-ewwel parti. Jiskadi wara 2 jum. |
UAA_SESSION |
Servizz għall-Immaniġġjar tal-Identità |
Iżomm sessjoni sigura waqt iż-żjara tiegħek |
Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti; jiskadi ladarba tintemm is-sessjoni. |
XSRF-TOKEN |
Servizz għall-Immaniġġjar tal-Identità |
Jgħin biex jiżgura s-sessjoni tiegħek waqt iż-żjara tiegħek |
Cookie tas-sessjoni tal-ewwel parti; jiskadi ladarba tintemm is-sessjoni. |
Cookies ta' parti terza
Xi wħud mill-paġni tagħna jistgħu juru kontenut minn fornituri esterni, bħal YouTube, Facebook u Twitter.
Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom.
Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata ebda cookie ta’ parti terza fuq l-apparat tiegħek.
Fornituri terzi fuq siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom tas-servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.
Data privata
L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data dwar l-ibbrawżjar. Dawn il-cookies ma jintużaw għal ebda skop ieħor għajr dak deskritt hawnhekk.
Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?
Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq — għad-dettalji, ara aboutcookies.org
Tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek
Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-brawżer tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.
Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).
L-immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit
Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-brawżer preferut tiegħek.
Imblukkar tal-cookies
Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-brawżers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. il-login fil-profil tiegħek).
Jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni kollha t’hawn fuq dwar il-cookies hi applikabbli bl-istess mod għat-tliet siti l-oħra tal-familja tat-TED, jiġifieri TED eNotices2, TED Developer Docs u TED Developer Portal.
Skopri aktar dwar il-cookies: ec.europa.eu/info/cookies.