Is-sigħat tax-xogħol, il-vaganzi u l-liv
Bħala impjegatur, int trid tkun taf l-istandards minimi tal-UE dwar is-sigħat tax-xogħol u l-mistrieħ, il-waqfiet mix-xogħol u x-xogħol ta' bil-lejl. Huma possibbli derogi minn xi obbligi tal-ħin tax-xogħol sakemm dawn ikunu permessi mil-liġi nazzjonali.
Minbarra l-intitolamenti għal-leave annwali bażiku, ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jistabbilixxu standards minimi għal-leave tal-paternità, tal-ġenituri u tal-familjari li jindukraw membri tal-familja, kollettivament imsejħa leave tal-familja. Dawn ir-regoli jinkludu wkoll drittijiet addizzjonali, bħad-dritt li jintalbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli u d-dritt għal ħin liberu mix-xogħol għal raġunijiet ta’ force majeure.