Petizzjonijiet u konsultazzjonijiet
Petizzjonijiet
Hemm żewġ tipi differenti ta’ petizzjonijiet disponibbli għaċ-ċittadini fl-UE li jixtiequ jindirizzaw problema jew tħassib partikolari.
Petizzjoni lill-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew joffri liċ-ċittadini tal-UE l-opportunità li jagħmlu talba jew ilment dwar kwistjoni ta’ tħassib pubbliku jew privat permezz ta’ petizzjoni. Dawn il-petizzjonijiet jistgħu jintużaw biex il-Parlament Ewropew jintalab iqajjem kuxjenza dwar ksur tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej, jew biex jieħu pożizzjoni dwar kwistjoni partikolari.
Skopri aktar dwar it-tnedija ta’ petizzjoni tal-Parlament Ewropew en
Petizzjoni lill-Kummissjoni Ewropea
Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu wkoll iniedu petizzjoni biex jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi ġdida. Din it-tip ta’ petizzjoni, imsejħa Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, teħtieġ il-ġbir ta’ mill-inqas miljun firma.
Skopri aktar dwar it-tnedija ta’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
Konsultazzjonijiet
Il-Kummissjoni Ewropea toffri liċ-ċittadini fl-UE l-opportunità li jagħtu feedback dwar il-liġijiet u l-politiki li qed jiġu żviluppati bħalissa. Għal kwalunkwe liġi jew politika partikolari miftuħa għall-konsultazzjoni fuq il-pjattaforma Semma’ Leħnek, tista’ tissottometti l-kummenti tiegħek bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Tista’ tara wkoll il-feedback ta’ oħrajn. Il-Kummissjoni mbagħad tanalizza l-feedback kollu li rċeviet.
Ara lista ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li għaddejjin en