Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-forzi armati Russi bdew invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna.
L-UE rreaġixxiet minnufih u b’mod deċiżiv għall-aggressjoni tal-Russja billi adottat miżuri restrittivi, b’konsegwenzi massivi u severi għar-Russja.
L-UE żiedet l-appoġġ politiku, umanitarju, finanzjarju u militari tagħha lill-ekonomija, is-soċjetà u r-rikostruzzjoni futura tal-Ukrajna.
Taħt il-lenti
L-UE tinsab magħquda fl-appoġġ sod tagħha għall-Ukrajna quddiem il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u t-tentattivi illegali biex jiġi anness it-territorju Ukren. Sentejn minn meta bdiet ir-reżistenza u minn meta l-Ukrajna ġiet sfurzata tiddefendi l-valuri u l-libertajiet kondiviżi tagħna. Il-qlubija tal-poplu Ukren għaġġbet id-dinja. Il-konvinzjoni tibqa’ soda li l-Ukrajna se tipprevali, bl-Ewropa tibqa’ spalla ma’ spalla magħha sakemm ikun hemm bżonn.
Is-solidarjetà tal-UE fl-azzjoni
L-UE hi unita u soda fl-appoġġ tagħha lill-Ukrajna. Tikkundanna bil-qawwa l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux iġġustifikata tar-Russja.
Mill-invażjoni tar-Russja, l-UE pprovdiet appoġġ ekonomiku, umanitarju u militari għall-Ukrajna b’valur ta’ aktar minn €88 biljun.
Biex tara aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-UE matul dan iż-żmien, żur il-paġni web iddedikati u r-riżorsi ppubblikati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE.
Kif il-Parlament Ewropew qed jikkontribwixxi lejn l-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna
Ir-rispons tal-UE għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja
Kif l-UE qed turi s-solidarjetà tagħha mal-Ukrajna
Rispons għall-invażjoni tal-Ukrajna inklużi l-politika monetarja, l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u l-iżgurar tal-istabbiltà finanzjarja
L-aħħar aħbarijiet dwar l-Ukrajna u l-azzjonijiet u l-politiki tal-UE
Is-soċjetà ċivili organizzata f’solidarjetà u f’azzjoni għall-Ukrajna
Informazzjoni dwar l-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna
Ir-rispons tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-invażjoni tal-Ukrajna
Informazzjoni dwar l-edukazzjoni u x-xogħol għall-Ukreni u l-pajjiżi tal-UE
Ir-rispons tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għall-invażjoni tal-Ukrajna
Ir-rwol tal-Eurojust fil-proċeduri ġudizzjarji rigward il-gwerra fl-Ukrajna
Ħarsa lejn l-isfidi attwali u potenzjali b’rabta mad-drittijiet fundamentali mill-gwerra tal-Ukrajna
Kif il-Europol qed turi s-solidarjetà tagħha mal-Ukrajna
L-azzjonijiet konkreti tal-Aġenziji tal-UE għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni b’appoġġ lill-Ukrajna
Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja
L-UE imponiet serje ta’ sanzjonijiet kontra individwi u organizzazzjonijiet. Dawn il-miżuri huma mfassla biex idgħajfu l-bażi ekonomika tar-Russja, billi jċaħħduha minn teknoloġiji u s-swieq kritiċi u jnaqqsulha l-kapaċità tagħha li tmexxi l-gwerra.
Biex il-provvisti tal-ikel ma jiġux affettwati, is-sanzjonijiet tal-UE ma jimblokkawx l-esportazzjoni tal-ikel u tal-prodotti agrikoli, u lanqas it-trażazzjonijiet relatati: kulħadd jista’ jixtri u jittrasporta l-ikel u l-fertilizzanti li jiġu mir-Russja
Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja (il-Kunsill Ewropew)
Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja (il-Kummissjoni Ewropea)
Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni
Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna kienet akkumpanjata minn mewġa ta’ informazzjoni falza u qarrieqa dwar l-Ukrajna. Il-bażi tad-data EUvsDisinfo ġabret aktar minn 5,000 każ individwali ta’ diżinformazzjoni mmirata lejn l-Ukrajna.
Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni (il-bażi tad-data EUvsDisinfo)
Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna
Se jkun meħtieġ sforz finanzjarju globali ewlieni biex l-Ukrajna tinbena mill-ġdid wara li l-gwerra tispiċċa. L-UE diġà qed tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex tagħti spinta lir-reżiljenza attwali tal-pajjiż, u stabbiliet ukoll Faċilità ġdida għall-Ukrajna, strument iddedikat biex jipprovdi lill-Ukrajna sa €50 biljun f’appoġġ finanzjarju stabbli u prevedibbli għas-snin mill-2024 sal-2027.
Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna (il-Kunsill Ewropew)
Faċilità għall-Ukrajna (Il-Kummissjoni Ewropea)