L-aċċessibbiltà tas-sit tal-Europarl
L-aċċessibbiltà fuq l-internet tfisser li jiġi żgurat li persuni bl-aktar firxa wiesgħa ta' abbiltajiet ikunu jistgħu jaċċedu faċilment għall-informazzjoni u l-funzjonijiet disponibbli online.
Bħala organizzazzjoni tas-settur pubbliku, il-Parlament Ewropew jara li jiżgura aċċess ugwali għall-informazzjoni għall-utenti kollha, b'diżabilità jew mingħajrha, irrispettivament mill-apparat jew is-software li jkunu qed jużaw u mill-ambjent li jaħdmu fih, b'tali mod li jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni, is-servizzi u l-għodod li nipprovdu.
Il-Parlament huwa impenjat li jagħmel is-siti tiegħu aċċessibbli u qed naħdmu b'mod attiv biex intejbu l-esperjenza ta' kull min jużahom billi nżidu l-aċċessibbiltà u l-utilizabbiltà. Parti minn dan ix-xogħol tinvolvi li niżguraw li nilħqu l-istandards attwali għall-prodotti u l-kontenut tagħna, inklużi dawk elenkati fid-Direttiva tal-UE dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi (Ġurnal Uffiċjali tal-UE), li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 2016.
Id-Direttiva titlob lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku japplikaw Niżżel id-dokument l-istandard Ewropew EN 301 549 għas-siti u l-għodod online tagħhom. Dan l-istandard hu bbażat fuq l-aħħar verżjoni tal-linji gwida Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) 2.1 (livell ta konformità AA).
Il-Web Content Accessibility Guidelines tfasslu mill-World Wide Web Consortium (W3C) bħala parti mill-inizjattiva dwar l-aċċessibbiltà fuq l-internet. Huma maħsuba għal kull min iforni, jikteb, jiżviluppa u jiddisinja kontenut għall-internet.
Il-kontenut aċċessibbli għandu jissodisfa l-erba' prinċipji tal-aċċessibbiltà fuq l-internet (il-prinċipji "POUR"):
- Perceivable – il-kontenut għandu jkun disponibbli għal mill-inqas wieħed mis-sensi tal-utent. Pereżempju, l-istampi jkunu deskritti b'test alternattiv għall-utenti neqsin mid-dawl.
- Operable – il-kontenut jista' jiġi kkontrollat b'varjetà ta' għodod. Pereżempju bl-użu tat-tastiera biss, għal persuni li ma jistgħux jużaw mouse.
- Understandable – juża lingwaġġ ċar u sempliċi u interfaċċi prevedibbli u konsistenti. Dan jgħin lin-nies li għandhom diffikultajiet konjittivi jew biex jaqraw.
- Robust – is-sit jew l-app għandhom jaħdmu tajjeb fuq pjattaformi, browsers u apparat differenti, inkluż fuq teknoloġija ta' assistenza.
Status ta' konformità
Dan is-sit qed jiġi ottimizzat biex japplika Niżżel id-dokument l-istandard Ewropew EN 301 549 u huwa parzjalment konformi mal-livell AA tal-Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) 2.1.
Għandek tkun tista':
- tkabbar sa 300% il-biċċa l-kbira tas-sit mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit b'tastiera biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit bl-użu ta' teknoloġija ta' assistenza bħal lenti jew apparat li jaqra l-iskrin
Minkejja l-isforzi tagħna biex nagħmlu s-sit aċċessibbli, ċertu kontenut, bħal dak viżiv użat f''xi paġni, għandu mnejn ma jkunx għadu ġie ottimizzat. Aħna nżommu għajnejna kontinwament fuq l-aċċessibbiltà tas-sit tagħna u nkomplu nagħmlu titjib f'dan ir-rigward.
Kummenti
Meta taqsam magħna l-esperjenza tiegħek tkun qed tgħinna nkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà tas-sit tagħna.
Jekk jogħġbok għidilna jekk tiltaqa' ma' xi problemi, jekk ikollok bżonn aċċess għal informazzjoni inaċċessibbli jew jekk issib xi funzjonalità minn tagħna partikolarment utli. Nikkuntattjawk lura mill-aktar fis possibbli.