Aċċess
L-aċċessibbiltà għall-internet tfisser li jiġi żgurat li kulħadd, inklużi l-persuni b’diżabilità, ikun jista’ jaċċessa l-informazzjoni fuq l-internet.
L-aċċessibbiltà hija essenzjali għall-persuni b’diżabilità iżda utli għal kulħadd. Pereżempju, proporzjon tajjeb ta’ kuntrast tal-kulur bejn it-test u l-isfond huwa essenzjali għal persuni b’xi insuffiċjenza fil-vista, iżda jagħmel ukoll it-test aktar leġġibbli f’kundizzjonijiet ta’ dawl differenti bħad-dawl tax-xemx u d-dija.
Il-Parlament huwa impenjat li jagħmel is-siti web tiegħu aċċessibbli billi jikkonforma mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1. Dan l-istandard isegwi mill-qrib il-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web (WCAG) tat-2.1 livell AA.
Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà tapplika għal kontenut ippubblikat fuq id-dominju: https://elections.europa.eu/mt/.
Status ta' konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1 u mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 livell AA. Għal aktar dettalji, iċċekkja t-taqsima “Kontenut mhux aċċessibbli”
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 400% tas-sit web mingħajr problemi
- tuża s-sit web billi tuża tastiera biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bl-użu ta’ teknoloġija ta’ assistenza bħal lenti jew qarrej tal-iskrin
Fit-testijiet tagħna, identifikajna problemi b’xi komponenti tas-sit web meta nużaw teknoloġiji assistivi f’apparat mobbli. Dawn il-problemi jseħħu anki jekk dawn il-komponenti ġew ikkodifikati skont l-ispeċifikazzjonijiet. Dawn il-problemi ma jseħħux b’teknoloġiji assistivi simili f’apparat desktop.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà
Data li fiha tħejjiet din id-dikjarazzjoni: 24/10/2024.
Kif nittestjaw dan is-sit web
Perjodikament inwettqu valutazzjonijiet fil-fond tal-aċċessibbiltà li jinkludu testijiet manwali, awtomatizzati u tal-qarrejja tal-iskrin minn esperti tal-aċċessibbiltà. Minbarra dan, aħna nimmonitorjaw kontinwament l-aċċessibbiltà tas-sit web u nwettqu testijiet speċifiċi qabel ma nżidu kontenut jew funzjonalitajiet ġodda.
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet. Jekk jogħġbok għarrafna jekk issib xi limitazzjoni li mhijiex elenkata hawn taħt.
Paġni web fuq https://elections.europa.eu/mt/parliament-president/:
- il-video player ma jsegwix bis-sħiħ l-istandards ta’ aċċessibbiltà
- il-filmati ma għandhomx sottotitoli deskrittivi
- hija disponibbli biss traskrizzjoni bl-Ingliż
Abbażi tat-testijiet tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet, l-utenti ta’ teknoloġiji assistivi u tastiera biss għandhom ikunu jistgħu jħaddmu l-video player.
Paġni web fuq https://elections.europa.eu/european-commission/mt/:
- il-video player ma jsegwix bis-sħiħ l-istandards ta’ aċċessibbiltà
- id-dokumenti ma jsegwux bis-sħiħ l-istandards ta’ aċċessibbiltà
Abbażi tat-testijiet tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet, il-biċċa l-kbira tad-dokumenti jinqraw minn teknoloġiji assistivi.
Paġni web fuq https://results.elections.europa.eu/mt/ :
- xi graffs, mapep jew ċarts mhumiex aċċessibbli għal teknoloġiji ta’ assistenza. F’dawn il-każijiet, l-istess informazzjoni hija disponibbli f’format ta’ tabella
- xi komponenti għandhom kwistjonijiet identifikati minn għodod awtomatizzati ta’ verifika tal-aċċessibbiltà
Abbażi tat-testijiet tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet, l-utenti kollha għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw il-kontenut u jħaddmu l-komponenti ta’ dawn il-paġni web.
Id-datasheets sħaħ huma disponibbli bħala spreadsheets (fajls “CSV”) fil-paġna web li ġejja: “Riżultati tal-elezzjonijiet - Iddawnlowdja l-iskedi tad-dejta”.
Lil hinn minn dawn il-limitazzjonijiet, il-paġni web kollha inklużi fil-valutazzjoni fil-fond tal-aċċessibbiltà huma kompletament konformi mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1 u mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 livell AA.
Rispons u informazzjoni ta’ kuntatt
Meta taqsam magħna l-esperjenza tiegħek tkun qed tgħinna nkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà tas-sit web tagħna.
Jekk jogħġbok għidilna jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi, jekk ikollok bżonn aċċess għal informazzjoni inaċċessibbli jew jekk issib xi funzjonalità minn tagħna partikolarment utli. Nikkuntattjawk lura mill-aktar fis possibbli.