Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pyunik Football Club (Armen: Փյունիկ Ֆուտբոլային Ակումբ) huwa klabb tal-futbol Armen li huwa bbażat ġewwa Yerevan. Il-klabb jilgħab fil-Premier League Armen, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Armen. Il-Grawnd tagħhom huwa Stadju Repubblikan. [1]
Il-Klabb ġie fondat fl-1992, Pyunik (li tfisser "Phoenix") li rebħu rekort ta' 12-il Kampjonat Armen, 4 Tazzi Armeni u 6 Supercup Armena. Il-klabb huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar klabbs tal-futbol popolari fl-Armenja mill-istabbiliment tal-Premier League Armen fl-1992. Huma kienu fondati bl-isem Homenetmen Yerevan, u żammu dak l-isem sal-istaġun 1995–96, meta bidlu isimhom għall-Pyunik. Wara li rebħu t-titolu darbtejn bħala FC Pyunik, l-inkwiet beda bħala meta l-klabb beda problemi finanzjarji, u eventwalment tneħħew fl-1999.
L-era ġdida ta' Pyunik bdiet fl-2001, meta Pyunik assorbit lil FC Armenikum u awtomatikament kisbu l-promozzjoni għall- Premier League Armen mingħajr ma lagħbu logħba waħda fil-kampjonati baxxi. Is-Sid tal-klabb, negozjant sinjur Armen Ruben Hayrapetyan, ħaDU approċċ aktar bis-serjeta għall-klabb u ġabu plejers tajbin bħal Artavazd Karamyan u Arman Karamyan minn klabbs Armeni oħra. FC Pyunik ma kinitx sodisfatti b'dak li għandhom, u tejbu t-tim aktar billi jġibu xi maniġers barranin u plejers minn Mali, Kamerun, Arġentina u Rumanija. Dan il-bidla ġabet lura riżultati malajr, u Pyunik rebaħ it-titlu Armen u fl-istess sena rebħu t-Tazza Armena fl-2002. Aktar tard, għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb indipendenti Armenjan avvanzaw għat-tieni fażi fiċ-Ċampjins Lijg. Wara dan, il-klabb rebaħ it-titlu tal-Premier League Armen għaxar darbiet wara xulxin.
Iż-żewġ rivali ewlenin ta' Pyunik huma Ararat u Banants, madankollu, ir-rivalita ma Ararat hija ħafna aktar ħarxa minn dik ta' Banants. Ir-raġuni għal dan huwa għaliex Ararat huwa l-aktar klabb magħruf u maħbub ta' Yerevan minħabba l-kisbiet Sovjetika tiegħu, u Banants kienu oriġinarjament bbażati fir-reġjun ta' Kotayk, u kien biss imċaqalqa għal Yerevan fl-2001.
-
1995–99
-
2000–02
-
2002–03
-
2003–11
-
2011–preżent
Premier League Armen
- Rebbieħa (16) –1992, 1995-96, 1996-97, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2014-2015, 2021-2022, 2023-24
- Runner-up (2) – 1994, 2011
Tazza Armena
- Rebbieħa (5) – 1996, 2002, 2004, 2009, 2010, 2013
- Runner-up (3) – 1992, 1997, 2006
Super Cup Armena
- Rebbieħa (8) – 1998, 2002, 2004, 2005, 2007, 2008, 2010, 2011
- Runner-up (4) – 1997, 2003, 2006, 2009
Riżultati bil-bold huma f'darhom
- Armenja
|
- Ewropa
- Amerika t'Isfel
|
- Afrika
|
- Levon Yablukyan (2000–01)
- Samvel Darbinyan (2001–02)
- Oscar López (2002–03)
- Mihai Stoichiță (2003–04)
- Vardan Minasyan (2004–05)
- Henk Wisman (2005–06)
- Samvel Petrosyan (2006–07)
- Armen Gyulbudaghyants (2007–08)
- Vardan Minasyan (Ġun 2008–Diċ 11)
- Suren Chakhalyan (Jan–Nov 12)
- Vardan Minasyan (Gwardjan) (Nov 2012–)