Kolera
Dan l-artiklu dwar il-mediċina huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Kolera (magħrufa wkoll bħala Kolera Ażjatika) hija marda ikkawżata mill-batterju Vibrio cholerae, li normalment jispiċċa fil-ġisem wara li persuna tixrob ilma kontaminat, jew inkella tiekol ħut jew frott tal-baħar li ma jkunx imsajjar tajjeb. Din il-marda ġiet deskritta għall-ewwel darba b'mod xjentifiku minn tabib Portugiż Garcia de Orta fis-Seklu XVI.
Sintomi
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sintomi jinkludu dawk is-sintomi ta' infezzjoni tat-tratt GI: dijarea akuta (eż. 1 L feċi/siegħa), uġiegħ fiż-żaqq, deni, nawżja u rremetar. Apparti dawn, hemm sintomi oħra relatati mad-diżidratazzjoni, kawża tat-telf kbir ta' likwidi mill-ġisem: għatx, bukgħawwieġ fil-muskoli, għajja u nuqqas ta' saħħa, tikmix tal-ġilda, metabolic acidosis severa flimkien ma' potassium depletion, anurja, circulatory collapse u cyanosis. Dawn kollha jwasslu għall-xokk ipovolemiku (telf massiv ta' fluwidi u electrolytes mill-ġisem), li jista' jwassal għall-mewt fi ftit sigħat.
Riċerka
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-xjenzjati li taw l-akbar kontribuzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kolera kienu John Snow, li skopra l-ħolqa bejn il-marda tal-kolera u x-xorb ta' l-ilma fl-1854, u Robert Koch, li identifika l-V. cholerae bħala l-baċillu li jikkawża l-marda. Il-batterju kien ġie iżolat xi 30 sena qabel mill-anatomiku Taljan Filippo Pacini, iżda r-riżultati tiegħu ma kienux wisq magħrufa madwar id-dinja.
L-Istorja tal-Kolera f'Malta
Din Il-marda nfirxet għall-ewwel darba lejn il-Mediterran fis-seklu dsatax, l-aktar bejn l-1816 u l-1826, x’aktarx meta kaxkruha magħhom mill-Indja l-baħrin u s-suldati Ingliżi. Il-fejqan minn din il-marda kien diffiċli, u l-unika rimedju għaliha kienet xarba b’taħlita ta’ ħxejjex mediċinali, biex ittaffi l-uġigħ, iżda li ma tfejjaqx. F’Malta, il-kolera infexxet f’epidemija f’dawn id-dati:
fl-1837 (kienu mietu f’Malta 809, u f’Għawdex 366)
fl-1854 (kienu mietu total ta’ 348 ruħ)
fl-1865 (kienu mietu 1,873 ruħ)
fl-1867 (kienu mietu 400 ruħ)
fl-1877 (kienu mietu 440 ruħ)
fl-1887.
Sorsi Esterni
Cholera Outbreaks in Asia and South East Asia, 2003 - 2012. https://www.researchgate.net/publication/262610383_Cholera_Outbreaks_in_South_and_Southeast_Asia_Descriptive_Analysis_2003-2012
'1824 - 1827 Cholera Pandemic', https://en.wikipedia.org/wiki/1817%E2%80%931824_cholera_pandemic
'Doctors during the 1837 Cholera Epidemic in Malta - Unearthing the Truth', Joseph Galea, https://www.mmsjournals.org/index.php/mmj/article/view/114
'The Eipdemiological Factors of Cholera in Gozo, Malta - 1837', Joseph Galea & Liberato Camilleri, https://www.mmsjournals.org/index.php/MDHG/article/view/310
'Epidemiji fl-Istorja ta' Malta', Martin Morana https://kliemustorja.com/2020/03/14/epidemiji-fl-istorja-ta-malta/