Aqbeż għall-kontentut

Mary Spiteri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mary Spiteri
Ħajja
Twelid Naxxar, 25 Ottubru 1947 (77 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Strument/i tal-mużika vuċi

Mary Spiteri (Naxxar, 25 ta' Ottubru 1947) hija kantanta popolari Maltija, imlaqqma r-"Reġina tal-Kanzunetta Maltija".

Fl-1975, Mary Spiteri rrapreżentat lil Malta fit-Tokyo Music Festival u rebħet l-'Outstanding Award' għall-kanzunetta tagħha Go On.

Fl-1992, ġiet it-tielet fil-Festival tal-Eurovision li sar f'Malmö bil-kanzunetta "Little Child".[1] B'din il-kanzunetta kisret ir-rekord tal-itwal nota f'dan il-festival, jiġifieri 13-il sekonda.[2]

Spiteri kantat f'diversi teatri barra minn Malta, fosthom Sydney Opera House fl-Awstralja.

Minkejja li Mary Spiteri ma kinitx parti mill-kast oriġinali tar-rock opera Ġensna, hija magħrufa għall-interpretazzjoni tas-silta bl-isem Tema 79 li tibda bil-kliem "Minn bejn l-għolliq musfara..."

Popolari wkoll il-kanzunetti tagħha "Malta" u "Ħaddemin".

  1. ^ Barclay, Simon (2010). The Complete & Independent Guide to the Eurovision Song Contest : [Lugano 1956 - Oslo 2010] (bl-Ingliż). [Erscheinungsort nicht ermittelbar]: Silverthorn Press. p. 94. ISBN 978-1-4457-8415-1. OCLC 838051152.
  2. ^ "Eurovision Book of Records: Longest note". YouTube (bl-Ingliż). 2014-05-08.