Il-politika dwar il-cookies 

Sabiex inwettqu d-dmirijiet tagħna lejn iċ-ċittadini tal-UE, aħna nqiegħdu xi cookies fuq l-apparat tiegħek. Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jaħżen fuq l-apparat tal-viżitatur biex itejjeb l-esperjenza tan-navigazzjoni. Aħna nqiegħdu dawn il-cookies f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2002/58/KE li, flimkien mar-Regolament (UE) 2018/1725, tiddetermina r-regoli għall-użu ta’ cookies li jipproċessaw data personali mill-utenti finali fl-UE.

Because you de-activated javascript in your browser, the European Parliament does not add any analytical cookie on your device. If you change your mind and accept to be tracked by the European Parliament, please activate javascript in your browser and refresh your cache.

Xi tkopri din il-politika dwar il-cookies?

Din il-politika dwar il-cookies tkopri s-siti web li nippubblikaw u nagħmlu disponibbli fuq l-internet taħt id-dominju europarl.europa.eu u s-sottodominji tiegħu.

MA tapplikax għal kwalunkwe sit web ippubblikat taħt dominju għajr europarl.europa.eu. Is-siti web “esterni” kollha jrid ikollhom il-politika u l-inventarju tal-cookies tagħhom stess.

X’tipi ta’ cookies nużaw?

Aħna nużaw il-cookies għall-funzjonament tekniku tas-siti web li aħna responsabbli għalihom u, jekk tagħti l-kunsens tiegħek, biex niġbru informazzjoni dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-siti web tagħna għal statistika aggregata, bl-għan li ntejbu l-komunikazzjonijiet tagħna u s-servizzi li noffru.

Il-politika tagħna hija li nillimitaw kemm jista’ jkun il-cookies li naħżnu fuq l-apparat tiegħek. Jekk il-cookie ma tkunx essenzjali, ma naħżnuhiex.

Aħna nużaw tipi differenti ta’ cookies li huma maħsuba għal skopijiet differenti.

Il-cookies tekniċi u ta’ sessjoni

Il-cookies tekniċi u ta’ sessjoni li nistgħu naħżnu huma meħtieġa biex is-siti web tagħna jiffunzjonaw b’mod korrett, u għalhekk jitqiesu obbligatorji. Ninstallawhom b’mod awtomatiku fuq l-apparat tiegħek.

Cookies ta’ preferenzi

Il-cookies ta’ preferenzi li nistgħu naħżnu jimmaniġġjaw żewġ aspetti:

  • il-preferenza lingwistika tiegħek (pjuttost utli, peress li l-biċċa l-kbira tas-siti web tagħna huma f’24 lingwa);
  • il-kunsens tiegħek, jew le, biex tiġi traċċat mill-għodda analitika tal-web tagħna.

Il-cookies analitiċi
Il-cookies analitiċi li nistgħu naħżnu fuq l-apparat tiegħek għandhom l-għan li jiġbru informazzjoni statistika dwar kif jintużaw is-siti web tagħna. Dawn il-cookies huma fakultattivi.

Il-lista tal-cookies li nistgħu naħżnu hija disponibbli fuq il-paġna tal-inventarju tal-cookies tagħna.

Lejn xiex jimmiraw il-cookies analitiċi tagħna?

Lejn xiex jimmiraw il-cookies analitiċi tagħna?

Aħna kkonfigurajna din l-għodda sabiex nillimitaw kemm jista’ jkun il-ġbir tad-data personali tal-utenti tagħna. Pereżempju, implimentajna l-anonimizzazzjoni tal-indirizz IP, billi awtomatikament inneħħu l-aħħar ottet (l-aħħar tliet ċifri) mill-indirizz IP ta’ kull viżitatur (protokoll tal-internet), u b’hekk ikun impossibbli li l-viżitaturi jiġu identifikati permezz tal-indirizz IP tagħhom biss.

Aħna nużaw il-cookies maħżuna fuq l-apparat tiegħek biex niġbru l-informazzjoni li ġejja:

  • L-indirizz IP (anonimizzat);
  • Is-sorsi (tipi, kampanji, dominji, eċċ.);
  • Il-kontenut li l-utent ikun qed jara (titlu tal-paġna, konfigurazzjonijiet editorjali tal-paġna, parametri tal-paġni, URL u URL kanoniku, lingwa, eċċ.);
  • Il-ġeolokalizzazzjoni (pajjiż, reġjun, belt);
  • Il-profili tekniċi (tagħmir, sistema operattiva, brawżers, daqs tal-iskrin, eċċ.);
  • Il-perjodi (id-data u l-ħin taż-żjara fis-sit, iż-żona tal-ħin tal-utent);
  • It-tfittxija fis-sit;
  • L-avvenimenti (klikks fuq il-kontenut tagħna, fuq il-buttuni għall-azzjoni, eċċ.);
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla;
  • Id-dominji (links għal sit web estern, is-sit web ta’ referenza).

Il-lista tal-cookies analitiċi tagħna hija disponibbli fuq il-paġna tal-inventarju tal-cookies tagħna.

Tista’ tikkonsulta wkoll l-avviż tal-għodda analitika tal-web tagħna fir-Reġistru tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.

Kif tista’ taċċetta jew tirrifjuta l-cookies analitiċi tagħna?

Tista’ taċċetta jew tirrifjuta l-cookies analitiċi tagħna permezz tal-istrixxun tal-kunsens muri fil-qiegħ tal-paġna fuq is-siti web tagħna, jew permezz tal-widget proposta fin-naħa ta’ fuq ta’ din il-paġna.

Aħna ma naħżnux cookies analitiċi mingħajr il-kunsens tiegħek minn qabel.

Jekk tiddeċiedi li ma tesprimix il-qbil tiegħek, jiġifieri billi tinjora l-mistoqsija, aħna mhux se naħżnu l-cookies.

Jekk tibdel fehemtek wara, tista’ tbiddel l-għażla inizjali tiegħek permezz tal-widget disponibbli hawn fuq.

Jekk tippreferi li ma tiġix traċċat, tista’ tattiva wkoll il-faċilità “Do not track” disponibbli fil-brawżers kollha. Tista’ tattivaha billi taċċessa l-“Konfigurazzjoni” tal-brawżer tiegħek. 

Inti espost għal cookies ta’ partijiet terzi meta tinnaviga s-siti web tagħna?

Is-siti web tagħna jista’ jkun fihom links għal siti web oħra bil-cookies u l-politiki ta’ privatezza tagħhom stess li ma għandna l-ebda kontroll fuqhom. Nirrakkomandaw li taqra l-politika dwar il-cookies, il-politika dwar il-privatezza u t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sit web ikkonċernat qabel ma tillowdjah.

X’inhi l-leġiżlazzjoni rilevanti?

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Lulju 2002.

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Novembru 2018.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istituzzjonijiet, Korpi, Uffiċċji u Aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.